Skip to main content
https://www.youtube.com/watch?v=sZ2t88ifnag

The official radio
station of the
University of Malta

Listen LiveListen Live

 

Shows on Campus

Summer Breakfast with Colin & Coryse

Campus Magazine

Campus Lifestyle

Rekordju

Min Naħsbu li Aħna?

Bejn Xena u Oħra

The Classical Hour & Campus Drive

Paniġeristi

Summer Breakfast with Colin & Coryse

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Colin Fitz u Coryse Borg

Programm radjofoniku li se jixxandar b’mod dirett kuljum fuq Campus 103.7 bejn il-ħin tat-7:00 u l-10:00 ta’ filgħodu. Imżewwaq b’intervisti ‘light’ u mużika leġġera għal filgħodu. Jinkludi wkoll fih l-analiżi tal-gazzetti fid-9:00am.

Tul 180 minuta – Mit-Tnejn sal-Gimgħa

Summer Breakfast with Colin & Coryse

Name:Colin Fitz & Coryse Borg

Campus Magazine

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Sonia Young

Programm mexxej stil magazine b’intervisti dwar suġġetti varji bħall-kura tal-annimali, il-wellbeing, il-mediċina, l-ikel, il-kura tal-ġnien u l-pjanti, imżewwaq b’mużika u features li jinżlu tajjeb għall-istaġun tax-xitwa.

Tul: 120 minuta – Tliet darbiet fil-ġimgħa mill-10:00 sa nofsinhar

Campus Magazine

:Sonia Young

Campus Lifestyle

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Nathalie Camilleri

Campus Lifestyle permezz ta’ mistiedna preżenti u sensiela ta’ suġġetti bħall-kura tal-annimali, is-saħħa u n-nutrizzjoni, fuq kollox intervisti li jiggwidawna biex ngħixu aħjar.

Tul: 120 minuta – It-Tnejn u l-Ġimgħa bejn l-10:00 u nofsinhar

Campus Lifestyle

:Nathalie Camilleri

Rekordju

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Coryse Borg

Re-kordju huwa programm fuq Campus 103.7 fejn il-mużika mhux biss nisimgħuha… imma nifhmuha.  F’kull episodju, Coryse Borg se tkun qed tiltaqa’ ma’ kantant/a jew mużiċist/a differenti biex flimkien jidħlu fil-qalba ta’ album li għażlu huma stess.  Minn track għall-ieħor, se niskopru l-istejjer wara d-diski, l-ispirazzjoni li tathom il-ħajja, il-proċess kreattiv, u dawk il-mumenti li forsi qatt ma smajna bihom qabel.

Tul: 60 minuta

Rekordju

Name:Coryse Borg

Min Naħsbu li Aħna?

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Karsten Xuereb u Anthony Pace

Tissokta l-konverżazzjoni sajfija bejn Karsten Xuereb u Anthony Pace fuq Campus 103.7 rigward aspetti storiċi, filosofiċi u attwali tal-bniedem.  Meta jsaqsu ‘Min Naħsbu li Aħna?’, Xuereb u Pace ser jikkunsidraw elementi varji li jsawru l-iżvilupp ta’ soċjetajiet antiki u preżenti bl-għajnuna ta’ referenzi Klassiċi, Bibbliċi u tal-kultura kontemporanja.  Għażliet mużikali li jfakkru numru ta’ anniversarji u kompożituri u mużiċisti mhux dejjem daqstant magħrufa ser jakkumpanjaw dan l-iskambju maħsub, frisk u ta’ interess ġenerali.

Tul: 60 minuta

Min Naħsbu li Aħna?

Name:Dr Karsten Xuereb & Dr Anthony Pace

Bejn Xena u Oħra

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Nikolai Azzopardi

Bħala produttur żagħżugħ, Nikolai jġib miegħu l-esperjenza tiegħu, kif ukoll kurżità kbira dwar kif żviluppat l-industrija li tant iħobb, l-isfidi li qed taffaċċja llum, u fejn tista’ tasal fil-futur.  Permezz ta’ konversazzjonijiet miftuħa u informattivi ma’ diversi professjonisti mis-settur teatrali Malti, Bejn Xena u Oħra se jesplora l-karrieri, l-proġetti u l-esperjenzi tal-mistiednin tiegħu, filwaqt li jagħti ħarsa lejn il-passat, il-preżent u l-futur tat-teatru Malti.

Tul: 60 minuta

Bejn Xena u Oħra

Name:Nikolai Azzopardi

The Classical Hour & Campus Drive

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Colin Fitz

Programm radjofoniku bil-Malti li se jkun irrekordjat bi produzzjoni ta’ Colin Fitz.  Jixxandar bejn il-ħin tat-3pm u 6pm bid-differenza li l-ewwel siegħa se tiġi meqjusa bħala The Golden Hour, siegħa leġġera ta’ mużika mill-films, mużika epika u mużika klassika.  Mill-4pm l’quddiem, il-mużika imbaghad tkun aktar qawwija u se ixxaqleb ghall-istil ta’ soft rock biex tinżamm l-identita’ tad-drive time.

Tul: 180 minuta

The Classical Hour & Campus Drive

:Colin Fitz

Paniġeristi

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Sergio Grech

Is-sajf Malti hu splużjoni ta’ lwien, ħsejjes, kunċerti, murtali, bbqs, baħar jistiednek tgħum fih u fuq kollox il-festi uniċi tagħna. Mal-festi, jintrabtu l-marċi, il-purċissjonijiet, il-knejjes imlibbsin għal-liturġija tal-festa u fuq kollox il-paniġierki li l-parruċċani tant ikunu jistennew fil-quddiesa l-kbira tal- festa. Paniġeristi se jiddiskutu dan l-eżerċizzju liturġiku ma’ membri tal-kleru li jagħmlu l-paniġierki fil-festi Maltin. Niddiskutu l-kwalitajiet li l-predikatur irid ikollu u kif jinbena l-paniġierku.

Tul: 30 minuta

Paniġeristi

Name:Sergio Grech

On Demand

Education

Film

Interviews & Discussions

Maltese Language & History

Public Lectures

Religion

Theatre

Visual Arts

World History & Culture

From Our Socials

6 days ago

Paniġeristi 🎺⛪️🎉:

Il-paniġierku, li fih innifsu jieħu l-ħin, jibqa’ fattur ewlieni fil-festi tal-irħula tagħna. Assoċjat mal-quddiesa l-kbira tal-festa, il-paniġerista jinseġ paesaġġ ta’ tifħir lill-Madonna jew lill-qaddisin protetturi tal-irħula tagħna. Il-kongregazzjoni normalment tilqa’ d-diskors li jingħad b’ċapċip itarrax. F’din is-sensiela, se nifhmu mill-qrib il-proċess fil-preparamenti li jagħmel il-paniġerista u l-preżentazzjoni fiha nnifisha.
Mistieden: Rev. Victor Paul Farrugia

Produzzjoni u preżenazzjoni ta' Sergio Grech
Kull nhar ta' Tlieta fin-12:30pm

#campus1037 #UniversityRadio
... See MoreSee Less
View on Facebook

6 days ago

Kont Taf? 🤔😮🧑‍💻Id-9 ta’ Mejju hija data partikolari fejn numru ta’ ġrajjiet storiċi, reliġjużi jew drammatiċi seħħew. Din hija d-data meta Nelson Mandela sar President ta’ l-Afrika t’Isfel. Din il-Ġurnata hija iddedikata biex tikkommemora tal-vittmi tat-terroriżmu u mafji fl-Italja.

Produzzjoni u prezentazzjoni ta’ Jeanette Axisa.
Kull nhar ta' Tlieta fin-12:00pm, b’ripetizzjoni it-Tlieta l-istess ġurnata fid-9 pm u l-Hadd fil-11 am.
#campus1037 #UniversityRadio
... See MoreSee Less
View on Facebook

6 days ago

Campus Magazine fuq Campus 103.7
Kull nhar ta’ Tlieta, Erbgħa u Ħamis bejn l-10:00 u 12:00.
Diversi suġġetti diskussi minn professjonisti biex jinkoraġġixxu l-prevenzjoni ta’ kundizzjonijiet differenti u l-benesseri b’mod ġenerali. Sejħiet bit-telefon mis-semmiegħa live matul il-programm huma milqugħa wkoll!
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Sonia Young
#campus1037 #UniversityRadio
... See MoreSee Less
View on Facebook